L-awtoritajiet f’dan il-pajjiż qed jinvestigaw il-kawża ta’ nirien kbar li ħakmu fl-akbar kamp tar-refuġjati fid-dinja u li jinsab fl-inħawi ta’ Cox’s Bazar.
Il-kamp qed iservi bħala residenza għar-refuġjati mill-komunità tar-Rohingya, bin-nirien iħallu talanqas 12.000 mingħajr xi forma ta’ kenn.
Ma jidhirx li rriżultaw il-vittmi fin-nirien iżda l-fjammi qerdu madwar 2,000 xelter wara li nfirxu malajr tul il-kamp.
Il-kaġun tan-nirien jidher li kienu xi ċilindri tal-gass miżmuma fi kċina, bil-pulizija jżommu raġel taħt arrest fost is-suspetti li l-inċident seta kien attentat ta’ sabutaġġ.
F’dan il-kamp, lejn ix-xlokk ta’ Bangladesh, qegħdin jgħixu ‘il fuq minn miljun resident – refuġjati tar-Rohingya li kellhom jaħarbu mill-persekuzzjoni tal-Ġunta militari fi Mynamar. U fl-aħħar sigħat, mijiet ta’ dawn ir-refuġjati kienu qed jirritornaw fiz-zona ta’ Cox’s Bazar biex jaraw x’setgħu jsalvaw mill-proprjetà personali tagħhom.
//= $special ?>