Brentford komplew bil-mument pożittiv tagħhom dan l-istaġun fil-Premier League meta għelbu lil Fulham 3-2. Ethan Pinnock għamilhom 1-0 wara biss sitt minuti. Fulham rrispondew u ftit qabel tmiem l-ewwel taqsima ġabu l-iskor indaqs permezz ta’ Manor Solomon. It-tim ta’ Thomas Frank għamilhom 2-1 fit-53 minuta permezz ta’ penalty ta’ Ivan Toney biex sitt minuti mit-tmiem kien Mathias Jensen li għamel l-iskor 3-1. Tard fil-partita kien is-sostitut Vinicius li naqqas l-iskor għal Brentford.
//= $special ?>Ikompli l-istaġun impressjonanti ta’ Brentford
