Lokali Parlament

Il-gvern dam sentejn biex ħatar Ombudsman; immina l-ħidma tiegħu

Karol Aquilina, PN

Id-deputat Nazzjonalista Karol Aquilina qal li l-gvern immina bil-kbir il-ħidma tal-Uffiċċju tal-Ombudsman tant li ħallih vojt għal sentejn sħaħ.

Fid-dibattitu parlamentari dwar il-ħatra tal-Ombudsman, Karol Aquilina qal li normalment il-mozzjoni dwar l-Omudsman u ħatriet għolja tal-Istat għaliex ikun hemm bejn iż-żewġ naħiet għaliex id-diskussjonijiet diġà jkunu saru. Hu sostna li l-Imħallef Zammit Mc Keon se jaqdi l-obbligi tiegħu b’mod eżemplari kif għamel kull meta qeda d-doveri tiegħu bħala Imħallef.

Fl-aħħar 10 snin, flok il-Gvern saħħaħ l-Ombudsman u ta kasu iktar, mill-ewwel beda jitwettaq pjan biex l-Obudsman titnaqqaslu l-influwenza, biex in-nies ma tmurx għand l-Ombudsman u biex l-Ombudsman ma jingħatx informazzjoni.

Dan wassal biex il-gvern qed jibgħat messaġġ li jrid ikisser l-Uffiċċju tal-Ombudsman. Bħala prova kien il-każ tal-FAM fejn il-gvern flok aċċetta li jagħti l-informazzjoni, irrifjuta talba tal-Ombudsman għall-informazzjoni tant li l-Ombudsman kellu jmur il-qorti biex jikseb l-infomazzjoni.

Il-Gvern qed jibgħat messaġġ li jirranġa l-każi hu bil-moħbi flok imorru quddiem l-Ombudsman. Il-gvern waqfa il-Kumitat tal-Inġustizzji min-nies tal-qalba li jħawdu bejniethom u jaqtgħu l-każi huma. Dan meta hemm l-istituzzjoni tal-Ombudsman. Il-gvern qed jipprova jimmina x-xogħol tal-Ombudsman.

Dawn huma kumitati llegali tal-bażużli għaliex qed jieħdu l-poter li għandu l-Uffiċċju tal-Ombudsman. Il-gvern ikabsar kontinwament l-Uffiċċju tal-Ombudsman tant li ilu sentejn biex jaħtar Ombudsman bi ftehim mal-Ombudsman.

Hu qal li hemm ħtieġa kbira li l-gvern jifhem li l-Ombudsman mhux l-għadu tiegħu iżda l-ħabib taċ-ċittadin. Ir-rakkomandazzjonijiet tal-Ombudsman għandhom piż kbir iżda dejjem kienu implimentati. Illum hemm sitwazzjoni fejn ripetutament jaslu rapporti tal-Ombudsman

Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-gvern qed jinjora dawn ir-rapporti kompletament u m’hemmx sistema kif dawn ir-rapporti jkunu diskussi fil-parlament. Għalhekk hemm bżonn sistema fejn meta l-gvern ma jimplimentax ir-rakkomandazzjonijiet tal-Ombudsman, iċ-ċittadin għandu jirrikorri fil-parlament u l-parlament jiddiskuti r-rapport tiegħu.

Hu qal li hemm ħafna każi li nies li ngħataw raġun iżda l-gvern baqa’ jisfida u dawn jistgħu biss jagħmlu kawża. Id-deputat Nazzjonalista kompla li wasal iż-żmien li jkun bidliet fil-perjodi dwar meta n-nies jistgħu jfittxu l-qorti anzi għandu jkun hemm iktar drittijiet biex in-nies ma jkunux miżmuma milli jmorru l-qorti wkoll.

Il-mozzjoni li ressaq il-Prim Ministru mhix korretta għax il-ħatra trid sisir ukoll skont il-kostituzzjoni biż-żewġ terzi tal-parlament. L-affarijiet għandhom isiru sew u kif suppost, sostna d-deputat Nazzjonalista, li awgura li din il-ħatra tkun tfisser bidu ġdid għall-Uffiċċju tal-Gvern biex il-gvern ibiddel l-attitudni tiegħu u jikkundira lill-Ombudsman bħala l-kollaboratur tiegħu fid-difża tad-drittijiet taċ-ċitatdin.