Talanqas għaxar uffiċjali tas-sigurtà tilfu ħajjithom b’kaġun ta’ attakk suwiċida fil-provinċja ta’ Balochistan. L-attakk qed jitqies bħala parti minn sensiela ta’ azzjonijiet – inklużi attakki terroristiċi – fuq il-gruppi tas-sigurtà lokali.
Fl-attakk indarbu ‘minimu ta’ 20 ruħ’, bl-isplużjoni suwiċida sseħħ meta l-uffiċjali kienu qed jirritornaw lejn Quetta, il-kapitali provinċjali, u wara li huma kienu ħadu ħsieb l-impenji tas-sigurtà għal waqt festival.
L-isplużjoni qerdet it-trakk li kien qed iwassal lill-membri tas-sigurtà lejn Quetta u li spiċċa maqlub fuq is-saqaf.
Dan, fil-fatt, kien it-tieni attakk f’24 siegħa fuq il-qawwiet tas-sigurtà f’Balochistan – bl-ebda grupp ta’ militanti ma jassumi r-responsabbiltà.
Sadanittant, l-aġenziji tal-aħbaraijiet lokali qalu li l-attakk inkwistjoni tmexxa minn aggressur bi kwantità ta’ splussivi u li kien qed isuq mutur li baqa’ dieħel direttament fit-trakk.
Il-Gvern ta’ Balochistan ikkundanna dan l-attakk u sostna li l-esperti kqed imexxu investigazzjoni fis-sit tal-istraġi. Dan waqt li ngħalqu l-aċċessi kollha għal dan is-sit, bil-membri ta’ skwadra għall-‘bomb disposal’ jieħdu wkoll sehem fl-investigazzjoni.
//= $special ?>