Lokali

Il-PN ikompli jenfasizza l-importanza ta’ djalogu soċjali veru f’dan il-pajjiż

Illum wara nofsinhar il-Partit Nazzjonalista ltaqa’ mal-Kamra tal-Kummerċ fejn kompla jenfasizza l-importanza ta’ djalogu soċjali veru f’dan il-pajjiż.

“The Malta Chamber” esprimiet l-importanza ta’ MCESD effettiv, fejn il-pajjiż jiġi l-ewwel qabel kull interess ieħor. Li jkun hemm MCESD effettiv jiddependi wkoll mir-riżorsi li għandhom il-membri biex ikunu jistgħu jikkontribwixxu biex jiżguraw l-aħjar riżultat għal pajjiżna.

Il-Kamra tal-Kummerċ spjegat il-ħidma li qed tagħmel fuq livell Ewropew biex tirrifletti u tifhem aħjar l-aspetti pożittivi tad-direttivi iżda wkoll x’impatti negattivi dawn id-direttivi jista’ jkollhom u kif dawn se jaffettwaw il-pajjiż.

Il-Partit Nazzjonalista rringrazzja lill-Kamra tal-Kummerċ għad-diliġenza kontinwa u l-ħidma sfiqa tagħha, kif ukoll għad-dokumenti ta’ proposti eċċellenti li qed tressaq kif ukoll għad-disponibbiltà tagħha biex jiġu diskussi.