Lokali Saħħa

Il-PN irid jiżgura li l-vuċi tal-ħaddiema tas-saħħa tinstema’ tassew

Il-Partit Nazzjonalista jrid jiżgura li l-vuċi tal-ħaddiema tas-saħħa tinstema’ u jingħataw dak li ħaqqhom, Dan huwa l-għan ta’ djalogu soċjali xieraq, fejn wieħed jisma’ u jaġixxi.

F’laqgħa li saret dalgħodu bejn l-MUMN u l-PN immexxija mill-President tad-Djalogu Soċjali għall-PN Chris Said, akkumpanjat mid-Deputati Nazzjonalisti Stephen Spiteri, Ian Vassallo, Paula Mifsud Bonnici u Ivan Castillo fis-sede l-ġdida tal-MUMN, kienet diskussa iddiskuta l-importanza tal-imsieħba soċjali u l-importanza li l-kwistjonijiet li qed jinkwetawhom jitqiegħdu fuq l-aġenda nazzjonali. Kwistjonijiet marbuta fost l-oħrajn man-nuqqas ta’ infermiera u qwiebel… kwistjoni li l-Gvern qiegħed jinjora.

Il-PN iddiskuta mal-MUMN kwistjonijiet relatati mal-membri tagħhom b’rabta mal-ftehim kollettiv u l-kuntratt korrott mal-Vitals u Steward Health Care… in-nuqqas ta’ ħaddiema, u anke l-effett fuq il-kundizzjonijiet tax-xogħol, fejn ħaddiema f’dan il-qasam huma ‘Overworked’ u mhux mħallsa biżżejjed għas-sagrifiċċji li qed jagħmlu.

Il-President tal-MUMN Paul Pace flimkien mas-Segritarju Ġenerali Colin Galea, sostnew li l-hekk imsejħa “swali ġodda” li qed jintużaw li huma  kurituri tal-isptar u l-Istaff Canteen mhumiex adattati għal min jagħmel użu minnhom u lanqas għal dawk li jaħdmu fihom. L-MUMN iħossu li l-Gvern umilja lill-membri tagħhom meta taw lura biss 2 paġni ta’ proposti wara li l-union bagħtet rapport dettaljat ta’ 37 paġna bi proposti għall-ftehim kollettiv il-ġdid kif wkoll  kif is-sitwazzjoni tan-nuqqas ta’ infermiera tista’ tiġi indirizzata bil-proposti li ressqet l-MUMN. Bil-Gvern donnu jrid jillapazza u jsallab il-ħaddiema tas-saħħa aktar milli diġà huma. Bil-MUMN m’għandhiex għażla oħra ħlief li tiġġieled għall-membri tagħna.

Il-PN sostna li mhux minnu li l-Gvern Laburista jrid jara s-settur tas-saħħa jitjieb! Il-Gvern kellu flus għal Vitals u Steward, iżda m’għandux aktar flus għall-ħaddiema dedikati u essenzjali fis-settur tas-saħħa… Fejn il-Gvern qed ikompli jagħlaq għajnejh għall-problemi li jeżistu f’dan is-settur, għad-detriment tal-ħaddiema, il-pazjenti u dawk l-aktar vulnerabbli fis-soċjetà.