Il-Gvern Laburista tal-Prim Ministru Robert Abela baqa’ għaddej u ħatar lill-Prim Imħallef Emeritu Joseph Azzopardi bħala Kummissarju għall-Istandards billi ressaq it-tielet vot fil-parlament; liema vot kien jeħtieġlu biss maġġoranza sempliċi minflok l-approvazzjoni ta’ żewġ terzi tad-deputati.
Il-vot kien ta 41 vot favur u 33 vot kontra.
Il-Prim Imħallef Emeritu Joseph Azzopardi se jkun it-tieni Kummissarju għall-Istandards wara li l-Prim Ministru temm qabel iż-żmien il-ħidma tal-ex Kummissarju għall-Istandards George Hyzeler li appuntah fil-Qorti Ewropea tal-Awdituri. L-ex Kummissarju għall-Istandards George Hyzler kien appuntat bl-approvazzoni unanima tal-parlament.
L-Oppożizzjoni Nzzjonalista appellat lill-Prim Ministru biex minflok jibqa’ għaddej bil-ħatra tal-Kummissarju għall-Istandrads Joseph Azzopardi, jerġa’ jmur għad-diskussjoni biex tinstab persuna li għandha l-fiduċja taż-żewġ naħat tal-Kamra.
Il-Prim Ministru baqa’ għaddej bid-deċiżjoni tiegħu u minflok mar għall-ftehim, bidel il-liġi biex wara żewġ voti li fihom ma tinkisibx approvazzjoni ta’ żewġ terzi, allura l-Kummissarju għall-Istandards ikun approvat b’maġġoranza sempliċi.
//= $special ?>