Il-Whip tal-Oppożizzjoni Robert Cutajar
Il-Whip tal-Oppożizzjoni Robert Cutajar qal fil-parlament li jeħtieġ azzjonijiet konkreti fuq ir-rapporti tal-Ombudsman.
Meta kien qed jitkellem fil-parlament, Robert Cutajar qal li kien hemm dimotivazzjoni l-Uffiċċju tal-Ombudsman minħabba li dam sentejn biex jinħatar. Hu sostna li l-parlament għandu jagħti rispett xieraq lill-Uffiċċju tal-Ombudsman. L-Oppożizzjoni pproponiet li l-parlament jibda jiddiskuti r-rapporti tal-Ombudsman b’mod iktar effettiv.
Qatt fl-istorja ma kien hemm kariga li tħalliet vakanti sentejn kif ma kien hemm qatt fejn l-Ombudsman ħtieġlu jgħid li esponenti tal-gvern ipprovaw jiminaw il-ħidma tiegħu, sostna Robert Cutajar.
Hu qal li l-parlament għandu jibgħat messaġġ ċar li mhux aċċettabbli li esponenti tal-gvern jurtaw lill-Ombudsman meta dan jitkellem u jagħmel ir-rapporti kif iħoss. Id-deputat Nazzjonalista kompla li ħadd fis-settur pubbliku m’għandu jattakka lill-Ombudsman anki personali biex ikun hemm messaġġ li l-parlament jirrispetta l-Uffiċċju tal-Ombudsman. Għalhekk għandu jkun hemm qabża meta jinħatar Ombudsman ġdid, sostna Robert Cutajar li appella biex il-gvern jaċċetta l-proposta li għamlet l-Oppożizzjoni.
Hu semma’ l-każ tal-pont tal-Marsa fejn Infrastructure Malta għamlitu bla permess iżda minkejja deċiżjoni iebsa fil-konfront ta’ Infrastructure Malta ma kienx hemm passi mill-parlament.
Il-parlament jiddiskuti biss darba r-rapport tal-Ombudsman quddiem il-Kumitat għax-Xogħol tal-Kamra; dan mhux biżżejjed. Fl-2017 l-Ombdusman tkellem dwar il-mod kif il-Gvern qed jimpjega l-persons of trust fejn qal li dawn qed jnħatru b’mod illegali. Minkejja din il-kritika tal-Ombudsman il-gvern m’għamel xejn, sostna Robert Cutajar, li kompla li l-ħatra tal-Ombudsman għandha tkun waħda ta’ qabża ta’ kwalità.
//= $special ?>