Lokali Parlament

Joseph Zammit McKeon approvat unanimament Ombudsman

B’vot unanimu ta’ 74 vot, il-parlament approva lill-Imħallef Emeritu Joseph Zammit McKeon fil-kariga ta’ Ombudsman.

Il-ħatra ta’ Zammit McKeon kisbet l-approvazzjoni tal-parlament kollu fejn il-Gvern u l-Oppożizzjoni tkellmu dwar l-elementi pożittivi tal-Imħallef Emeritu Zammit Mc Keon. Din il-kariga saret wara li l-pajjiż kien ilu sentejn mingħajr Ombudsman ġdid. Il-Gvern iddeċieda li jgħaqqad flimkien il-kariga ta’ Ombudsman u l-kariga ta’ Kummissarju għall-Istandards.

L-Imħallef Emeritu Zammit McKeon se jkun qed jieħu post l-Ombudsman uxxenti Anthony Mifsud.

Fid-dibattitu parlamentari li sar qabel ittieħed il-vot l-Oppożizzjoni insistiet fuq l-importanza li r-rakkomandazzjonijiet tal-Ombudsman ikunu mwettqa mill-gvern u li ma jkunx hemm iktar sitwazzjonijiet fejn l-Ombudsman ikollu jmur il-qorti biex jikseb l-informazzjoni dwar każi mressqa quddiemu.

L-Oppożizzjoni appellat ukoll lill-gvern biex jaċċetta l-proposti tagħha biex ir-rakkomandazzjonijiet tal-Ombudsman li ma jkunx aċċettati mill-gvern ikunu diskussi f’kumitat parlamentari biex tkun stabbilita r-raġuni għaliex dawn ir-raġunijiet.