Lokali Parlament

Mhux biżżejjed li l-każi tal-Ombudsman jingħalqu iżda importanti li ssir ġustizzja

Claudette Buttigieg, PN

Id-deputat Nazzjonalista Claudette Buttugieg sostniet fil-parlament li mhux biżżejjed li l-każi tal-Ombudsman jingħalqu iżda importanti li ssir ġustizzja.

Fil-parlament Claudette Buttigieg qalet li ċ-ċittadini jirrispettaw l-Uffiċċju tal-Ombudsman għalkemm fl-aħħar snin inħoloq dubju jekk iċ-ċittadini għandhom imorru fl-Uffiċċju tal-Ombudsman. Ir-rwol tal-Ombudsman qatt ma kien favorit mal-gvern anki meta kien hemm diskussjonijiet dwar il-ħatra ta’ Kummissarju għall-Ugwaljanza.

Id-deputat Nazzjonalista qalet li r-rapporti tal-Ombudsman qed jiġu injorati u semmiet każ fejn il-formularju tal-mediċini jindika li mediċina tintuża għal ċertu kundizzjoni medika. Jista’ jkun hemm każi fejn l-ispeċjalista jiddeċiedi li hemm mediċina li fil-formularju mhix inidkata li tintuza għal xi ħaġa differenti.

Il-pazjenti ipprovaw jiksbu l-informazzjoni iżda ngħataw id-deċiżjoni li l-mediċina mhix imnżżla fil-formolarju għal din il-kundizzjoni. Il-każ mar quddiem l-Ombudsman li informa lill-familja li l-informazzjoni li kellu kienet li m’hemmx ħsieb li jinbidel il-formolarju u li m’hemmx flus. Jirriżulta li l-flus kienu sparpaljati fl-iskandlu tal-isptarijiet, sostniet id-deputat Nazzjonalista, li qalet li mhux biżżejjed li l-każi jingħalqu iżda li ssir ġustizzja.

Id-deputat Nazzjonalista kompliet li din il-mediċina hi kruċjali għal dan il-pazjent u għalhekk għandha tkun mgħejjuna.