“Prim Ministru, meta se tkun qed taħtar inkjesta pubblika dwar it-traġedja li waslet għall-mewt ta’ ibni?” Dan kien l-aħħar appell imqanqal li għamlet Isabelle Bonnici, omm Jean Paul Sofia, iż-żagħżugħ li tlief ħajtu f’Diċembru li għadda wara li safa vittma ta’ inċident f’sit ta’ kostruzzjoni f’Kordin.
Il-Prim Ministru Robert Abela għadu sal-lum il-ġurnata qed ikaxkar saqajh biex issir inkjesta pubblika dwar din it-traġedja li ħasdet il-ħajja ta’ dan iż-żagħżugħ.
F’reazzjoni għal post li tellgħet il-paġna tal-Partit Laburista, Isabella Bonnici saqsiet lill-Prim Ministru Robert Abela li jekk il-pajjiż kollu qed jingħaqad biex issir din l-inkjesta pubblika, meta se jkun kuraġġuż biżżejjed u jaħtar din l-inkjesta?
//= $special ?>