Lokali

“Robert Abela ħataf istituzzjoni oħra taħt idejh” – PN

Bil-ħatra ta’ Joseph Azzopardi bħala Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika b’maġġoranza sempliċi, Robert Abela ħataf istituzzjoni oħra taħt idejh.

Sostna dan il-PN fi stqarrija fejn saħar li minflok fittex li jkun hemm qbil mal-Oppożizzjoni dwar il-ħatra ta’ persuna li tgawdi l-fiduċja taż-żewġ naħat tal-Kamra, kif sar fil-passat għal din il-kariga u għal karigi oħrajn, Robert Abela biddel il-Liġi biex jimponi l-għażla tiegħu. Dan ifisser li għall-ewwel darba fl-istorja ta’ Malta, kariga li kien hemm qbil li tinħatar biż-żewġ terzi issa setgħet tinħatar b’għażla tiegħu biss.

Din hi deċiżjoni oħra li tkompli timmina d-demokrazija f’pajjiżna u hi l-aħħar minn sensiela ta’ deċiżjonijiet li biha Robert Abela ħataf l-istituzzjonijiet ta’ pajjiżna biex minflok jiddefendu l-interessi taċ-ċittadini Maltin u Għawdxin, jiddefendu l-interessi tiegħu u ta’ Joseph Muscat.