Futbol Sport

Sassuolo jiksbu t-tieni rebħa konsekuttiva

(Ritratt: EPA)

Sassuolo kisbu t-tieni rebħa konsekuttiva meta għelbu lil Cremonese 3-2. Armand Lauriente poġġa lil Sassuolo fil-vantaġġ wara 26 minuta, b’Davide Frattesi jirdoppja fil-41 minuta. Rimonta minn Cremonese hekk kif żewġ gowls ta’ Cyriel Dessers fit-62 u fit-83 minuta ġabu l-iskor indaqs. Sassuolo kisbu l-gowl tar-rebħa tard fil-partita meta kien Nedim Bajrami li għamel l-iskor finali 3-2.

Torino għelbu lil Bologna 1-0 f’konfront dirett bejn żewġ timijiet li jinsabu f’nofs il-klassifika. Il-gowl li ddeċida din il-partita wasal fl-ewwel taqsima fit-22 minuta permezz ta’ Yann Karamoh.