Kummerċ Lokali

Soluzzjonijiet tat-teknoloġija għafsa ta’ buttuna ‘l bogħod ma’ Melita

Permezz ta’ melita, Melita Business għadha kemm waqqfet ekosistema ta’ partners li tagħmilha aktar faċli biex individwi u negozji jsibu fornituri u soluzzjonijiet għall-installazzjoni u l-monitoraġġ ta’ apparat intelliġenti li jvarja
minn apps li jgħarrfu lis-sewwieqa dwar spazji disponibbli għall-parkeġġ għal dawk li jimmonitorjaw il-konsum tal-enerġija f’ħin reali.

Harald Roesch, l-Uffiċjal Kap Eżekuttiv ta’ Melita Ltd, qal: “Melita tirrikonoxxi li l-lista ta’ soluzzjonijiet u speċjalisti tal-konnettività f’kull qasam jew industrija ma tispiċċa qatt. Għaldaqstant l-ekosistema ta’ partners tagħna tiġbor kull komponent f’sit wieħed ċentrali, u b’hekk in-negozji jistgħu faċilment isibu soluzzjoni kompleta għall-bżonnijiet tagħhom, kemm jekk jeħtieġu żviluppaturi tal-applikazzjonijiet, integraturi tas-sistemi jew inkella manifatturi tal-hardware.”

Melita hija l-brand speċjalista dwar l-Internet of Things u M2M ta’ Melita Business, u tiffoka fuq il-konnettività madwar l-Ewropa u lil hinn permezz tat-teknoloġiji tal-mobile u LoRaWAN.

L-ekosistema ta’ partners kif imsaħħa se toffri għajnuna imprezzabbli għan-negozji f’firxa ta’ setturi u industriji, fosthom industriji smart, bliet intelliġenti, agrikoltura, sistemi ta’ ġestjoni tal-bini, uffiċċji, metering, loġistika, skart u management. Il-partners iġibu magħhom ħila esperta f’oqsma b’livell għoli ta’ speċjalizzazzjoni, minn għarfien profond tal-metering tal-konsum tal-ilma, sal-ġbir u r-rimi tal-iskart muniċipali.

Uħud mill-aktar proġetti riċenti kienu jinvolvu li melita tissieħeb ma’ IoT Solutions Malta sabiex belt tiġi attrezzata b’apparat intelliġenti għall-parkeġġ li jiggwida lis-sewwieqa lejn spazji ta’ parking disponibbli permezz ta’ app tal-mobile speċjalizzata.

Flimkien ma’ M2M Ġermanja, melita indirizzat il-monitoraġġ tal-konsum tal-enerġija f’diversi impjanti industrijali fil-Ġermanja kif ukoll traċċar tal-istatus ta’ bibien u twieqi ta’ emerġenza u bibien għall-aċċess ġenerali bħala sapport għall-ġestjoni tal-faċilitajiet.

Dawn is-soluzzjonijiet jipprovdu aktar viżibilità għall-management u esperjenza aħjar għall-klijent, flimkien ma’ benefiċċji sinifikanti fl-ispiża meta mqabbla ma’ soluzzjonijiet tradizzjonali jew manwali.

Għal aktar informazzjoni dwar il-partners jew is-soluzzjonijiet disponibbli, żur is-sit https://melita.io/find-a-partner/.

Sabiex tingħaqad mal-ekosistema ta’ partners, żur https://www.melita.io/become-a-partner/.