Fi Stamford Bridge Chelsea renxxielhom idawwru riżultat matul d-90 minuta wara li kienu 1-0 minn taħt, biex rebħu bl-iskor ta’ 2-0 kontra Borussia Dortmund. Bit-tim ta’ Graham Potter jiddomina tul il-partita kollha kien biss qabel tmiem l-ewwel taqsima, li marru fil-vantaġġ permezz ta’ Raheem Sterling. Chelsea ħarġu fuq l-offensiva fit-tieni taqsima u skorjaw t-tieni gowl u dak kruċjali f’din il-partita fit-53 minuta permezz ta’ penalty ta’ Kai Havertz biex b’hekk, it-tim minn Londra kwalifika b’aggregate ta’ 2-1.
F’konfront ieħor rebħa kbira ta’ Benfica fuq Club Brugge bl-iskor ta’ 5-1. Gowl minn Rafa Silva, doppjetta ta’ Goncalo Ramos u gowls minn Joao Mario u David Neres aċċertaw minn rebħa komda għat-tim mill-Portugall filwaqt li Bjorn Mejjer naqqas l-iskor għal Club Brugge bil-partita fuq żewġ legs tintemm bi skor finali ta’ 7-1.
Partita waħda mir-round tal-aħħar 16 tal-Conference League meta fl-ewwel leg, AZ Alkmaar għelbu lil Lazio 2-1 fi Stadio Olimpico. Pedro poġġa lil Lazio fil-vantaġġ wara 18-il minuta, iżda gowls ta’ Vangelis Pavlidis u Milos Kerkez bidlu r-riżultat favur it-tim Olandiż.
//= $special ?>