Ħadd ma jrid jerfa’ responsabbilità.
Hija din il-karatteristika ewlenija tal-Membri Parlamentari Laburisti, Membri tal-Kabinett ta’ Robert Abela li wara s-sentenza tal-Qorti li kkonfermat li d-deals tat-tlett sptarijiet bejn il-Gvern u Vitals…u sussegwentament Steward Healthcare…. kienu frawdolenti.
Mal-aħbar tas-sentenza l-eks Mexxej Laburista u eks Prim Ministru Joseph Muscat minnufih xeħet ir-responsabbiltà kollettiva fuq il-Kabinett kollu tiegħu; Kabinett li jinkludi wkoll fost oħrajn lill-Ministru Michael Falzon.
Tul il-jum tat-Tnejn il-ġurnalist tat-Times Mark Lawrence Zammit staqsa lil Falzon dwar dan il-fatt…bil-Ministru jitolbu jiċċekkja l-fatti u d-dati. Għaldaqstant it-Tlieta filgħodu Net News staqsa lill-Ministru Falzon min se jerfa’ responsabbilità…. għaliex huwa stess, fl-2015, meta ġie ffirmat l-ewwel kuntratt bejn il-Gvern u Vitals huwa kien Segretarju Parlamentari.
Net News staqsa b’mod ripetut min se jkun qiegħed jerfa’ responsabbilità tal-fatt li l-Gvern tal-Labour ħalla l-miljuni tal-ewro jittieħdu b’mod frawdolenti mit-taxxi tal-poplu. Iżda l-Ministru Falzon baqa’ jinsisti li ma jweġibx.
Lill-Ministru staqsejnih ukoll kif il-Gvern ħalla li jseħħ dan it-trasferiment. Iżda anke hawn, ħarab milli jwieġeb.
Michael Falzon insista li fl-aħħar 8 snin ta’ Vitals u Steward is-servizz tas-saħħa baqa’ sejjer b’saħħtu…minkejja n-nuqqas ta’ investiment mwiegħed fost oħrajn fl-Isptar St. Luke’s.
Il-poplu kien imwiegħed ir-real deal, investiment tal-aqwa kwalità fl-Isptar St. Luke’s. Minflok, il-familji Maltin u Għawdxin ingħataw barumbara tal-ħamiem u abbandun totali.
//= $special ?>