Albert Buttigieg, PN
Id-deputat Nazzjonalista Albert Buttigieg sostna fil-parlament li l-Gvern qed jixxaħħaħ man-nies u jagħti l-miljuni lill-korrotti.
Albert Buttigieg qal n-nies qed jistaqsu kif il-gvern qed jixxaħħaħ mal-anzjani iżda jsib l-eluf u l-mijuni għal tal-qalba. Hu sostna li l-ħadma tat-tliet sptarijiet u l-ħadma tat-€300 miljun i l-gvner ta lill-frodisti u l-ħallelin. Dan qed tiddikjarah il-qorti stess. Id-deputat Nazzjonalista fakkar li fl-aħħar budget biss il-gvern tahom €80 miljun għall-investimenti li suppost wettqu iżda minn dan ma sar xejn. Il-poplu kollu qed ikun ingannat, sostna d-deputat Nazzjonalista, li kompla li l-poplu lest iħallas it-taxxi ġusti iżda mhux lest biex ikompli jħallas it-taxxi lill-korrotti u lill-frodisti.
Id-deputat Nazzjonalista semma’ diversi każi ta’ korruzzjoni u qal li dan hu gvern korrott. Hu sostna li l-Gvern Laburista għamel l-agħar korruzzjoni u kompla li issa kulħadd fil-gvern Laburista qed jipprova jiddistakka mill-iskandlu tal-isptarijiet.
Il-gvern ħataf l-istituzzjonijiet kollha biex il-korruzzjoni tkun tista’ titwettaq fosthom il-Korp tal-Pulizija u l-Avukat Ġenerali. Is-silenzju hu wkoll kompliċità fil-korruzzjoni.
Id-deputat Nazzjonalista qal li l-inqas ħaġa li jista’ jagħmel il-Prim Ministru hi li jagħmel apoloġija. Hu qal li għandhom jittieħdu l-passi kollha kontra dawk kollha inovluti u sostna li dan l-iskandlu se jkompli jtellef il-fiduċja tan-nies fil-politiċi. Da hu messaġġ perikoluż għas-sostenibbiltà tad-demokrazija.
Hu staqsa jekk it-taxxa dovuta minn Steward ta’ €15-il miljun hux se tinġabar u sostna li l-Gvern għandu jagħti garanzija li l-liġi se tkun ugwali għal kulħadd. Id-deputat Nazzjonalista semma’ l-BOV u qal li l-BOV ta miljuni ta self lil dan il-kuntratt korrott iżda issa l-BOV jrid jara kif se jiġbor flusu lura. Hu appella biex il-Gvern jiftaħ il-kawża biex il-poplu jikseb flusu lura.
//= $special ?>