Sport Sport Ieħor

Hockey: Qormi jegħlbu lil Floriana Young Stars b’doppjetta ta’ Luke Bajada

Punt biss qed jifred lil Qormi Daikin u GREE SLiema Hotstick wara li tal-ewwel għelbu lil Floriana Young Stars 2-1.

Bilanċ assolut fl-ewwel żewġ quarters fejn l-iskor baqa’ ma nfetaħx b’Qormi jiskorjaw fit-tielet quarter permezz ta’ Luke Bajada.

Fir-raba’ quarter, Floriana bdew jittantaw aktar xortihom iżda f’mument minnhom inqabdu fuq sieq waħda tant li l-Qriema għamluhom tnejn fejn kien l-istess Luke Bajada li għeleb lill-goalkeeper avversarju.

Floriana skorjaw il-gowl tal-bandiera lejn l-aħħar tal-partita permezz ta’ Mark Camilleri iżda kien tard wisq sabiex isalvaw il-logħba.

Umpires: Emile Borg u Glen Bonello.