Internazzjonali

Il-Ħamis Meloni se tlaqqa’ l-kabinett tagħha f’Cutro

Il-President Taljan Sergio Mattarella appella lill-pajjiżi Ewropej biex iġorru responsabbilta għall-mewġa ġdida ta’ immigrazzjoni li qed jaffaċja l-Mediterran. Dan b’mod speċjali wara l-istraġi ta’ Cutro, li ħalliet mill-inqas 70 persuna mejta – fosthom tfal.

Mattarella insista li s-sogħba trid tinbidel f’decizjonijiet konkreti; mhux biss mill-Italja iżda anke mill-UE. “Daqshekk paroli. Hemm bżonn passi konkreti”, stqarr il-President Taljan.

Intant, il-Ħamis, il-Prim Ministru Giorgia Meloni se tlaqqa’ il-Kabinett tagħha propju f’Cutro.