Ir-rapreżentanta tan-Nazzjonijiet Uniti f’Gaziantep fit-Turkija, spjegat li l-ħsarat kawża tat-terremoti li seħħew fi’ Frar, mistennija jammontaw għal aktar minn 100 biljun dollaru – cifra li tinkludi biss il-hsarat fit-Turkija. Hija saħqet li dan l-ammont mhux qiegħed jikkunsidra l-ispiża li hemm bżonn sabiex il-pajjiż jiġi fuq saqajh ekonomikament.
Dan l-ammont qed jiġi stmat li ser ikun il-bażi għal konferenza fi Brussell illi fiha se jiġu diskussi l-ghajnuniet finanzjarji li hemm bżonn sabiex l-Unjoni Ewropea tgħin lill-poplu Tork.
Dawn it-terremoti qatlu madwar 45,000 persuna fit-Turkija u madwar 5,000 fis-Sirja.
//= $special ?>