Lokali

Il-PN iressaq mozzjoni biex il-Gvern jiftaħ inkjesta pubblika indipendenti b’rabta mal-mewt ta’ Jean Paul Sofia

Ġiet preżentata fil-Parlament il-mozzjoni ffirmata mill-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech, flimkien mad-Deputati Robert Cutajar, Jerome Caruana Cilia, Karol Aquilina u Stanley Zammit fejn ġie propost li l-Prim Ministru jaħtar Bord ta’ Inkjesta dwar il-mewt taż-żagħżugħ Jean Paul Sofia  – bord li jkun għal kollox indipendenti mill-Gvern u mill-istituzzjonijiet kollha l-oħra.

Il-Partit Nazzjonalista spjega li dan għandu jseħħ sabiex jiġi aċċertat jekk l-awtoritajiet u l-istituzzjonijiet ta’ pajjiżna wettqux l-obbligi tagħhom biex jipproteġu l-ħajja taż-żagħżugħ.

Kif ukoll jekk l-Awtoritajiet ta’ pajjizna setgħux hadu l-miżuri, inizjattivi jew azzjonijiet li bihom setghet giet evitata din it-tragedja. Il-Partit Nazzjonalista insista li l-Istat għandu l-obbligu li jieħu l-mizuri kollha neċessarji sabiex jissalvagwardja l-ħajja taċ-ċittadini Maltin u Għawdxin.