Lokali

Il-PN iressaq mozzjoni għal Inkjesta Pubblika biex issir ġustizzja fil-każ ta’ Jean Paul Sofia

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech ħabbar li, f’isem l-Oppożizzjoni, ressaq mozzjoni li titlob li ssir l-Inkjesta Pubblika li għandha twassal biex issir ġustizzja u nsiru nafu l-verità kollha fil-każ ta’ Jean Paul Sofia. Dan anke wara l-wegħda li hu għamel lill-ġenituri taż-żagħżugħ.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista qal li ma rridux li jseħħu aktar inċidenti bħal dan. Kiteb li mhux aċċettabbli li r-ras iebsa ta’ Robert Abela tibqa’ ċċaħħad lill-ġenituri mill-verità kollha u għaldaqstant, jistenna li din il-mozzjoni titressaq għal vot kemm jista’ jkun malajr.