“Il-Partit Nazzjonalista qed juri kemm hu b’saħħtu quddiem il-ġlieda favur id-demokrazija li l-Partit Laburista fil-Gvern kontinwament qed ikisser permezz ta’ diversi skandli… bil-poplu Malti qed jgħaraf ix-xogħol li qed jagħmel il-Partit Nazzjonalista biex jagħti lura dak li pajjiżna jixraqlu.”
Dan intqal mill-Editorjal tal-ġurnal The Malta Independent illi faħħar ir-reżistenza tal-PN quddiem diversi skandli li waslu kawża tal-azzjonijiet tal-Gvern f’dawn l-aħħar snin… tant li l-PN baqa’ jiġġieled sal-aħħar biex iġib lura dak li l-poplu Malti tilef.
The Malta Independent għaraf kif il-kwistjonijiet li nqalgħu fl-aħħar ġimgħat, kollha kemm huma jaffetwaw direttament lill-poplu Malti u Għawdxi. Fost dawn …. is-saħħa ta’ kull wieħed u waħda minnha, bil-Gvern tefagħha fuq l-ixkaffa u injora d-diżastru fl-isptarijiet tagħna.
L-Editorjal jgħid li l-Gvern Laburista ma jistax jibqa’ jinjora l-kritika tan-nies u jħalli kollox miexi b’mod normali qisu xejn mhu xejn. U kien hawnhekk fejn appella biex il-Gvern jerfa’ r-responsabbiltà ta’ dak kollu li ġara.
Fid-dawl ta’ dan, l-Editorjal jappella wkoll lill-Pulizija biex jieħdu azzjoni minnufih u mhux kif diġa’ rajna, il-Pulizija lanqas biss għadha interrogat lil ħadd dwar il-każ skandaluż tal-Vitals.
L-Editorjal fakkar kif minkejja li l-każ fil-Qorti dwar il-Vitals kien wieħed mill-iktar li qajjem agħa, il-kawża kontra l-PBS ukoll uriet lin-nies kemm verament pajjiżna mhux jimxi b’mod ġust u demokratiku.
U dan kollu, qed iġib miegħu dak li l-editur irrefera għalih bħala “momentum” favur il-Partit Nazzjonalista.