Lokali

“Il-prijorità tiegħi kienet u tibqa’ biex niddefendi lill-Maltin u lill-Għawdxin” – David Casa

Il-Membru Parlamentari Ewropew David Casa talab biex il-Parlament Ewropew jiddiskuti l-qagħda politika ta’ Malta fil-plenarja. Casa talab formalment lill-Grupp tal-Partit Popolari Ewropew biex iressaq proposta ħalli l-Parlament Ewropew jagħti każ u jieħu nota tal-iżviluppi serji li seħħew f’Malta tul dawn l-aħħar ġranet.

Fuq Facebook, David Casa qal li l-prijorità tiegħu kienet u tibqa’ biex jiddefendi lill-Maltin u lill-Għawdxin mill-korrotti li ħadmu biex iżommu l-ftehim ma’ Vitals u Steward Healthcare.

Fil-plenarja li ssir kull ġimgħa fi Strasburgu, l-MEPs jiddiskutu dwar sitwazzjonijiet politiċi madwar l-Unjoni Ewropea. Kien għalhekk li l-Ewroparlamentari Nazzjonalista talab li jsir dan dwar Malta.