Lokali Parlament

Il-pulizija ma tinvestiga lil ħadd dwar il-korruzzjoni tal-isptarijiet

Graham Bencin, PN

Id-deputat Nazzjonalista Graham Bencini qal li l-pulizija ma tinvestiga lil ħadd dwar il-korruzzjoni tal-isptarijiet.

Fl-Aġġornament tal-parlament Graham Bencini qal li għaddew 10 ijiem mir-rebħa storika tad-deputat Nazzjonalista Adrian Delia fil-kuntratt frawdalenti li Konrad Mizzi bil-barka ta’ Joseph Muscat u tal-Kabinett Laburista ffirma għall-għoti tal-isptarijiet.

L-għola qorti annullat il-kuntratt li l-gvern iffirma ma’ Vitals u ma’ Steward; liema kuntratt bih insterqu €300 miljun. Minkejja din is-sentenza ddikjarat frodi, l-awtoritajiet għadhom ma ħadu l-ebda azzjoni kontra l-persuni involuti f’dan ir-reat.

Id-deputat Nazzjonalista qal li fit-Times kien ippublbikat artiklu li jsemmi l-persuni ewlenin li kellhom x’jaqsmu mal-kuntratt fejn issemma’ l-ex Prim Ministru Joseph Muscat, l-ex Ministru Laburista Konrad Mizzi, Keith Schembri, Davd Galea, James Camenzuli, Manwel Castagna ta’ Nexia BT, Robert Borg li kien fil-Kumitat Evalwazzoni, Ronald Mizzi, Mario Galea li kien il-kuntatt ewlieni ma’ Vitals, l-ex Ministru Edward Scicluna, l-ex Ministru Chris Cardona u d-Deputat Prim Ministru Chris Ferane.

Id-deputat Nazzjonalista qal li kien mistenni li l-Pulizija tinvestiga lil xi ħadd minn dawn in-nies. F’Novembru 2021 The Times kienet ippubblikat rapport li ddeskrieva l-mod kif Joseph Muscat kien irċieva eluf fil-kont bankarju minn kumpanija Żvizzera.

Steward ħallset €3.6 miljun lill-kumpanija Accutare li kienet iffirmat kuntratt ta’ konuslenza ma’ Joseph Muscat xahar wara li dan irriżenja għal perjodu indefinit li fih Muscat kien se jdaħħal €15,000 kull xahar. Joseph Muscat kien laħaq daħħal €60,000 minn dan il-kuntratt minn żewġ kumpaniji bl-istess avukat Bhati.