Żagħżugħ ta’ 26 sena residenti San Pawl il-Baħar ġie lliberat bil-kundizzjoni billi ma jikkomettix reat ieħor fi żmien tliet snin wara li ammetta li fit-22 ta’ Mejju ta’ seba’ snin ilu għall-ħabta tat-3.30 am. f’post tad-divertiment fil-limiti tat-Rabat kkaġuna ferita gravi fuq persuna.
Il-Maġistrat Nadine Lia kkunsidrat diversi fatturi fil-konfront ta’ Karl Jos Dimech fejn ingħad li flimkien ma’ sħabu kien nvolut fi ġlieda fejn irriżulta l-vittma u sħabu li kienu nvoluti fil-każ ma għadx baqalhom interess fil-kawża u l-fatt li l-ħati anke jekk lejn l-aħħar tal-proċeduri ammetta l-akkużi miġjubin kontrih.
Hu ammetta wkoll li għamel ħsara fuq vettura ta’ aktar minn €250 iżda iżjed minn €2,500 fuq vettura. Hu kien qed jiġi mixli wkoll li hedded lil diversi persuni u li ħareġ barra mill-limiti tal-provokazzjoni u li ħebb għall-persuna oħra u kkaġunalu feriti ħfief. Dwar din l-akkuża hu ma nstabx ħati.
Hu ammetta wkoll li flimkien ma’ persuni oħra kiser il-paċi pubblika b’għajjat u ġlied. Il-Qorti preseduta mill-Maġistrat Nadine Lia ikkunsidrat il-fatt li l-Prosekuzzjoni esebit il-fedina penali ta’ l-imputat li hija aġġornata sasssena 2016. Sa dak in-nhar il-fedina penali ma kienitx netta u fiha tinsab reġistrata sentenza waħda. Madankollu s-sentenza ma għandiex taqsam mat-tip ta’ reat komess f’dan il-każ.
Il-Qorti tlemmet dwar l-ammissjoni ta’ l-imputat, fejn din il-kawża kienet intiża biex tibda nhar is-17 ta’ Ottubru 2016 u sar l-eżami ta’ l-imputat fil-11 ta’ Jannar 2016. Filwaqt li l-Avukat Ġenerali ħareġ l-artikoli għall-ġudizzju, l-Prosekuzzjoni kienet ghadha ma laħqitx għalqet il-provi tagħha sa meta Dimech irregistra ammissjoni.
L-imputat għamel dan wara li kien diġa mitlub darbtejn dwar il-ħtija tiegħu jew le, wara li nstemgħu l-maġġioranza tax-xhieda tal-Prosekuzzjoni u wara li kienu għaddew madwar sitt snin u nofs. B’hekk għalkemm l-ammissjoni saret qabel l-għoti tas-sentenza finali, fattwalment, ma jistax jingħad li saret fi stadju bikri in vista tal-fatt li saret ħames snin u nofs
wara li l-imputat tressaq u wara li ġiet appuntata għal-smiegh kemm il-darba.
Madankollu huwa osservat mill-Qorti li parti sostanzjali tad-dewmien kien minħabba li Karl-Jos Dimech ma setgħax jinstab u b’hekk staġna l-prosegwiment tal-każ tiegħu. Il-Qorti qieset il-ġurisprudenza ta’ dawn il-Qrati u Qrati esteri dwar tnaqqis fil-piena meta l-ħati jammetti l-ħtijiet tiegħu fi stadju kmieni tal-proċess u b’hekk jiffranka ħafna xogħol u spejjeż inutili għall-amministrazzjoni tal-ġustizzja.
Madankollu f’dan il-każ, jirriżulta li l-Qorti xorta daħlet f’ħafna xogħol u spejjeż sabiex tinstema din l-kawża u filwaqt li l-Qorti tirrikonoxxi l-ammissjoni tqis li din saret fi stadju avvanzat u mhux bikri. Il-Qorti qalet li tqis ukoll li l-ammissjoni saret minghajr ebda riservi.
Jirriżulta wkoll li l-vittma sal-lum qatt ma tħallas għal hsara, liema valur qatt ma ġie stabbilit peress li l-vittma
għażel li ma jixhidx. Kemm hu u ‘żewġ persuni vittmi tiegħu nhar il-=11 ta’ Novembru 2016 iddikjaraw li ma għadx għandom interess f’dawn il-proċeduri.
Il-Qorti qalet li l-artikolu 221 tal-Kodiċi Kriminali jitlob li ebda proċeduri ma jistgħu jittieħdu jekk mhux bil-kwerela tal-parti offiza. Għaldaqstant in vista tar-rinunzja tal-vittmi l-akkuża ta’ feriti ħfief fuq persuna waqgħu. L-artikolu 339(2) tal-Kodiċi Kriminali jistqarr li ebda każ imsemmi fl-artikolu 339(1)(e) tal-Kodiċi Kriminali ma jista jittieħed jekk mhux bil-kwerela tal-parte civile.
Ghaldaqstant in vista tar-rinunzja tal-partijiet waqgħet ukoll l-akkuża li l-imputat ħareġ barra mill-limit tal-provokazzjoni. Il-Prosekuzzjoni tenniet li din il-Qorti għandha tqis sentenza alternattiva għall-ħabs u jingħata conditional discharge skont l-artikolu 22 tal-Kapitolu 446 tal-Ligijiet ta’ Malta.
Id-difiża qabletma dan is-suġġeriment. Minn dak li rat u eżaminat il-Qorti jirriżulta li l-Qorti trid tara mhux biss l-aspett riformattiv ta’ l-imputat iżda trid ssib bilanċ bejn il-gravità tal-każ u l-ħarsien u l-interessi tal-vittmi tar-reat u s-soċjetà in generali sabiex tara li dan ir-reat ma jerġax iseħħ kif ukoll tagħti l-ħarsien meħtieġ lil pubbliku.
Il-Qorti ordnat lil Karl-Jos Dimech iħallas lir-Reġistratur tal-Qorti nofs l-ispejjeż tal-espert Dr. Mario Scerri maħtur fis-somma komplessiva ta’ €116.17. Il-Qorti ordnat ukoll li l-atti kollha ta’ dawn il-proċeduri u kopja ta’ din is-sentenza jintbagħtu lill-Avukat Ġenerali fiż-żmien mogħti mill-Liġi. Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Elliot Magro.


