Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika qed iwissi biex wieħed ma jużax dan il-prodott minħabba li nstabu livelli elevati ta’ Primary Aromatic Amines wara analiżi ta’ migrazzjoni.
Primary Aromatic Amines huma sustanzi kimiċi li jistgħu jemigraw fl-ikel minn oġġetti li jintużaw f’kuntatt mal-ikel, speċjalment dawk l-oġġetti li huma magħmulin minn plastik iswed. Dawn is-sustanzi jistgħu ikunu ta’ riskju għas-saħħa.
Deskrizjoni tal-prodott | Kuċċarun tan-nylon iswed |
Ditta: | Anilar |
Referenza tal-lott: | WTKT475B |
Oriġini | Ċina (impurtat mill-Portugal) |
