It-Tlieta fis-siegħa ta’ waranofsinhar il-biljetti għal festival tal-Eurovision Song Contest ħarġu uffiċjalment għal bejgħ fuq is-sit online Ticketmaster.
Ma’ l-ewwel minuti mill-bejgħ tal-biljetti, is-sit online ma felaħx għal mewġa qawwija ta’ persuni li marru jfittxu l-ewwel biljetti għas-serati tal-Eurovision… bil-konsegwenza li weħlet il-website.
B’kollox ser ikun hemm 40 parteċipant f’dan il-festival, li 26 minnhom iridu jgħaddu ghall-finali. Ir-rapreżentanti ta’ Malta, The Busker, ser ikunu qed jipparteċipaw fl-ewwel semi-finali fid-9 ta’ Mejju. Dan filwaqt li t-tieni semi-finali ser isir fil-11 ta’ Mejju.
//= $special ?>