Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet meħtieġa wara li t-Tlieta filgħodu, għall-ħabta tal-ħdax u nofs, intlemaħ ġisem ta’ persuna bla ħajja fil-baħar, fil-Bajja tal-Ġnejna.
Fil-post ġew imsejħa minnufih uffiċjali tal-Pulizija fejn sussegwentament ingħataw bidu għall-ħidma sabiex itellgħu l-katavru mill-baħar.
Kelliema għall-Pulizija spjegaw li l-vittma għadu mhux identifikat minħabba l-fatt li nstab fi stat qawwi ta’ dekompożizzjoni.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Elaine Mercieca li ħatret inkjesta filwaqt li fis-sigħat li ġejjin mistennija ssir l-awtopsja fuq il-katavru sabiex tinkiseb aktar inforazzjoni dwar il-każ.