‘Punt biss ‘il bogħod mir-rebħ tal-Kampjonat’
- Ryan Camenzuli, Ħamrun Spartans FC
‘Din ir-rebħa ġabitna punt ‘il bogħod mir-rebħ tal-Kampjonat’. Dawn kienu l-ewwel kummenti tal-player ta’ Ħamrun Spartans Ryan Camenzuli wara r-rebħa li t-tim tiegħu kiseb kontra Mosta. Huwa kompla hekk. ‘Illum fl-ewwel taqsima ddominajna l-logħba fejn fit-tieni taqsima naqqasna r-ritmu imma xorta ikkontrollajna tajjeb biex ħadna dak li ridna minn din il-logħba. Kontra Gżira mhux ser tkun faċli peress li nafu l-qawwa ta’ dan it-tim b’mod partikolari fl-attakk u kemm għandu bżonn il-punti minħabba l-Ewropa.
‘Ma’ stajniex nitolbu aktar mill-players’
- Joe Grech, kowċ Mosta FC
‘Fl-ewwel taqsima ħriġna xi ftit beżgħana minnhom fejn għamilna xi żbalji u qlajna l-gowls. U kontra tim bħal Ħamrun dawn l-iżbalji jiswek ħafna.’ Kliem il-kowċ ta’ Mosta Joe Grech wara t-telfa kontra l-Ispartans. Grech kompla, ‘Ippruvajna nagħmlu reazzjoni u kellna l-mumenti tagħna wkoll. Ma’ stajniex nitolbu aktar mill-players fejn l-avversarji tagħna riedu r-rebħba b’saħħa biex jippruvaw jagħlqu l-kampjonat aktar u aktar wara li t-timijiet ta’ warajhom kollha naqsu milli jiksbu l-punti massimi.’
| KLASSIFIKA | L | PTI |
| Ħamrun Spartans | 21 | 56 |
| Gżira United | 21 | 42 |
| Birkirkara | 21 | 40 |
| Hibernians | 21 | 39 |
| Balzan | 21 | 39 |
| Mosta | 21 | 36 |
| Valletta | 21 | 29 |
| Gudja United | 21 | 28 |
| Floriana | 21 | 27 |
| Sirens | 21 | 22 |
| Marsaxlokk | 21 | 21 |
| Żebbuġ Rangers | 21 | 14 |
| Santa Lucia | 21 | 11 |
| Pietà Hotspurs | 21 | 5 |
| L-AQWA SKORERS | GLS |
| Jefferson De Assis (Gżira United) | 16 |
| Jurgen Degabriele (Hibernians) | 14 |
| Elvis Mashike (Ħamrun Spartans) | 13 |
| Angel Torres (Balzan) | 12 |
| Charles Lokoli Ngoy (Żebbuġ Rangers) | 11 |
| Maxuell Maia (Gżira United) | 11 |
| Enzo Cabrera (Birkirkara) | 11 |
| Christ Ememe (Mosta) | 9 |
| Jake Grech (Hibernians) | 9 |
LOGĦOB LI JMISS
KAMPJONAT BOV PREMIER
Il-Ġimgħa 10 ta’ Marzu, 2023
Centenary Stadium
6.30pm Valletta – Balzan
Is-Sibt 11 ta’ Marzu, 2023
2.00pm Hibernians – M’Xlokk
4.15pm Floriana – Żebbuġ R.
Stadium Nazzjonali
2.00pm Ħamrun S. – Gżira Utd.
4.15pm Mosta – Birkirkara
Il-Ħadd 12 ta’ Marzu, 2023
Tony Bezzina Stadium
3.00pm Pieta H. – Gudja Utd.
Stadium Nazzjonali
3.00pm Sirens – Santa Lucia
//= $special ?>

