Colin Schembri
Bupa Luxol………..95
Hibernians………..71
(23-21)(22-19)(19-15)(31-16)
Bupa Luxol ħadu wkoll iċ-ċertezza matematika ta post fil-play-offs meta għelbu lil Hibernians 95-71. Hibs, issa mingħajr l-Amerikan Justin Bogle li mar lura pajjiżu wara injury, żammew il-pass mal-aversarji sat-tielet sessjoni però fl-aħħar taqsima Luxol kienu dominanti. Il-partita kellha bidu bilanċjat fejn għal Luxol kien hemm il-punti minn Tayler Mattos bil-Hibs iwieġbu fost l-oħrajn bi trippla ta’ Luke Farrugia. Wara punti minn Nikola Vasovic u trippla ta’ Trevian Bell għal Luxol, Hibs kellhom risposta minn Ivan Demcesen u Anton Axiaq biex Luxol baqgħu basket minn fuq fi tmiem is-sessjoni 23-21. Fit-tieni perjodu, Luxol kabbru l-vantaġġ wara trippla ta’ Mattos.Hibs kellhom sitt punti mingħajr risposta biex marru fuq quddiem31-28 però punti minn Vasovic u Marco Matijevic reġgħu poġġew lill-vjola fuq quddiem. Wara trippla oħra ta’ Farrugia għal Hibs, Luxol kellhom run ta’ 13-4 bi trippli ta’ Vasovic u Bell biex daħlu jistrieħu 45-40 minn fuq.
Fit-tielet taqsima punti minn Neil Cassar u Demcesen wasslu lil Hibs sa’ punt ‘l bogħod 46-47. Hawn Luxol kellhom il-punti minn Stefan Cappello filmkien ma’ trippla ta’ Jean Paul Schembri. Demcesen u Axiaq wieġbu għal Luxol però Luxol temmew il-perjodu 11 minn fuq 64-53. Luxol fetħu l-aħħar taqsima bi break qawwi ta’ 17-0 bi trippli minn Bell, Schembru u Vasovic u f’daqqa waħda sabu ruħhom 28 punt minn fuq 81-53. Hibs finalment waqqfuhom bil-punti ta’ Cassar qabel ma Luxol għamlu sitt punti oħra biex żammew kontroll tal-partita u ħarġu rebbieħa 95-71.
Bupa Luxol: J. Cefai, N. Vasovic 15, M. Sciberras 2, T. Bell 22, JP Schembri 6, A. Trapani, L. Trapani, T. Mattos 27, M. Matijevic 12, S. Cappello 11.
Hibernians: N. Cassar 5, P. Attard, L. Farrugia 8, L. Borg, A. Axiaq 16, R. Aquilina, M. Attard 6, M. Bezzina, I. Demcesen 36, G. Cassar.
Referees: Zvezdan Dobrosaviljevic, Fiorentina Ciurariu, Nicky Azzopardi
Depiro…………………………….84
Mellieħa Libertas……………71
(32-16)(15-15)(19-24)(18-16)
Depiro ħadu r-rebħa li kellhom bżonn biex aċċertaw ruħhom minn post fil-play-offs meta għelbu lill Mellieħa 84-71. Mellieħa huma diġa ċerti mill-ewwel post tal-klassifika u l-coach Christian Narciso serraħ diversi players għall-finali tat-tazza Louis Borg ta’ tmiem il-ġimgħa d-dieħla primarjament lill-Amerikan Connor Ziniach u l-players kollha kellhom ħin konsiderevoli fuq il-court. Il-partita fetħet bi trippli fuq kull naħa bl-ewwel wieħed minn David Bugeja segwit minn 2 ta’ Miguel Mallia għal Depiro li fin-nuqqas ta’ Miguel Brincat kellu aktar ħin fuq il-court. Wara li kien hemm aktar trippli fuq kull naħa fosthom tnejn ta’ Matthew Formosa, Depiro kellhom run ta’ 13-0 bi trippla ta’ Sean Galea biex temmew l-ewwel sessjoni 32-16 minn fuq. Fit-tieni perjodu, Mellieħa naqqsu d-distakk b’żewġ basketds qabel ma Depiro għamlu run oħra ta’ 9-2 bil-punti ta’ Mallia u Cameron Cornelius. Mellieħa kellhom trippla minn Jovanovic però fl-intervall Depiro kienu 47-31 minn fuq.
Wara l-intervall Mellieħa ppruvaw jirkupraw u kellhom il-punti minn Valencia fosthom trippla li wassluhom sa’ 12 –il punt ‘l bogħod 41-53. Depiro però kellhom il-punti ta’ Cornelius u Rooks biex reġgħu marru 18 minn fuq 62-45. Mellieħa wieġbu mill-ġdid permezz ta’ Valencia u Bugeja bi trippla però trippla ta’ Cornelius għalqet it-taqsima favur Depiro 66-53. Fl-aħħar taqsima, Depiro bdew b’sitt punti mingħajr risposta kollha minn Rooks. Wara punti fuq kull naħa, reġa’ kien hemm run ta’ 7-0 minn Depiro bit-trippla oħra minn Mallia qabel ma Mellieħa għalqu l-partita bi break ta’ 11-2 li però serva biss biex jagħmlu l-iskor aktar rispettabli hekk kif Depiro ħarġu rebbieħa 84-71.
Depiro: S. Galea 10, J. Micallef, N. Grech 1, K. Rooks 30, M. Mallia 18, C. Cornelius 19, A. Micallef, K. Caruana 4.
Mellieħa Libertas: M. Falzon 3, D. Bugeja 17, R. Bonnici 2, V. Jandric 3, I. Bonett 10, N. Bukva, N. Jovanovic 7, M. Formosa 6, O. Said 7, S. Valencia16.
Referees: Bernard Vassallo, Bogdan Mrkojevic, Nicky Azzopardi
Starlites FIJO…………..98
Gżira Athleta………….90
(25-17)(21-31)(25-22)(27-20)
Ir-rebħa ta’ Depiro fil-partita ta’ qabel naqqset ħafna mill-importanza ta’ din il-partita hekk kif Athleta ġew matematikament eleminati minn post fil-play-offs fil-waqt li Starlites huma ċerti mit-tieni post tal-klassifika. Dan però ma tellef xejn mill-intensita tal-partita li ġiet deċiża biss fl-aħħar tlett minuti li raw lil Starlites jaqilbu żvantaġġ ta’ basket f’rebħa ta’ 8 punti. Starlites għadhom mingħajr Matthew Attard fil-waqt li Athleta kienu mingħajr Ivan Medved. Il-partita kellha bidu bilanċjat bil-baskets jiġu b’mod regolari fuq iż-żewġ naħat bl-Athleta punt minn fuq fil-ħames minuta 11-10. Starlites wieġbu b’żewġ trippli konsekuttivi minn Matthew Scerri u Jacob Bates u wara 3 punti minn Roland Griffen, huma komplew b’run ta’ 9-0 bi trippla ta’ Ian Felice Pace biex temmew l-ewwel sessjoni 25-17 minn fuq. Fit-tieni taqsima kienu Athleta li bdew b’run ta’ 10-2 fosthom trippla ta’ Griffen biex ippareġjaw 27-27. Trippla ta’ Jordan Ellul Dowling u basket ta’ Griffen poġġew lill-Athleta fuq quddiem iżda Starlites kellhom seba’ punti mingħajr risposta bi trippla ta’ Alec Felice Pace. Iż-żewġ timijiet komplew jirrispondu lil xulxin b’Peter Shoults ikollhu trippla għall-Athleta li daħlu jistrieħu 48-46 minn fuq.
Wara l-intervall, seba’ punti mingħajr risposta poġġew lil Starlites fuq quddiem però Athleta malajr ġew lura fosthom bi trippla ta’ Billy Zammit biex marru minn fuq 60-59. Il-vantaġġ kompla jibdel l-idejn sa’ tmiem is-sessjoni li finalment Starlites temmewha fuq quddiem 71-70. Fl-aħħar taqsima, żewġ trippli minn Shoults u Nathan Xuereb għall-Athleta rawhom jiftħu vantaġġ ta’ 5 punti 84-79. Ir-risposta ta’ Starlites ġiet bil-punti ta’ Darius George però fl-aħħar tlett minuti, Athleta kienu għadhom basket minn fuq 88-86. Hawn waslet run deċisiva minn Starlites ta’ 12-0 fosthom trippli minn Scerri u George biex finalment ħarġu rebbieħa 98-90.
Starlites FIJO: A. Felice Pace 17, Z. Owens 8, J. Bates 21, I. Felice Pace 6, M. Fabri, L. Riolo, M. Scerri 16, R. Carabott 2, L. Farrugia, K. Xuereb, N. Sultana, D. George 28.
Gżira Athleta: H. Van Herk 18, F. Mifsud Bonnici 3, N. Buhagiar, P. Shoults 6, L. Stefanovic 2, J. Ellul Dowling 7, N. Xuereb 15, R. Griffin 31, I. Xuereb 2, R. Abela, B. Zammit 6.
Referees: Fiorentina Ciurariu, Bogdan Mrkojevic.
//= $special ?>