Fit-tieni jum ta’ dan il-kampjonat kien hemm stennija għal min kien ser jirnexxielu jikkwalifika għall-ewwel finali ta’ din l-edizzjoni, dik ta’ Taħt is-16-il sena. Din il- kompetizzjoni ssuktat bil-kwarti finali u s-semi finali.
Is-semi finali ġew ikkontestati minn Andrejs Pripjoks (Latvja) kontra Jack Borwick (Skozja) u Maksim Kostov (Bularija) kontra O`Shay Scott (Ingilterra) fejn Borwick u Kostov kellhom rebħiet konvinċenti bi skor identiku ta’ 3-0 biex għada dawn dawn iż żewġ żgħażagħ jissiltu għall-ewwel unur ta’ dawn il-kampjonati. Din il-finali ser tintlagħab l-Erbgħa fis-6pm.
It-Tlieta bdiet ukoll il-kompetizzjoni ta’ Taħt it-18-il sena u l-logħbiet tal-gruppi jkomplu l-Erbgħa fejn anke’ l-kontestanti Maltin f’din il-kategorija li huma Jamie Buhagiar, Adam Pace, Luke Pace u Xavier Rizzo jkollhom logħba oħra x’jilgħabu. Mill-fażi tal-gruppi għan-Knock Out ser jikkwalifikaw 48 player.
Waqt il-logħbiet tat-Tlieta ġie rreġistrat l-ewwel ‘century’ tal-kampjonat fejn fil-kategorija ta’ Taħt it-18-il sena Julian Boiko tal-Ukranja għamel break ta’ 107 għalkemm aktar tard wara nofs in-nhar l-Ingliż Liam Pullen wettaq break aħjar, dak ta’ 111.
Mill-kompetizzjonijiet taż-żgħażagħ ikun jonqos ukoll dik ta’ Taħt il-21 sena fejn l-ewwel logħbiet f’din il-kategorija jibdew il-Ħamis fejn 96 player huma rreġistrati biex jieħdu sehem.
//= $special ?>