Lokali Parlament

L-Imtarfa jistħoqqilha karattru u servizzi għall-komunità

Ian Vassallo Hagi, PN

Id-deputat Nazzjonalista Ian Vassallo Hagi qal fl-Aġġornament tal-parlament li l-Imtarfa għandha diversi nuqqasijiet serji u appella biex isir l-investiment meħtieġ biex il-lokal ikollu l-karattru meħtieġ għall-komunità.

Ian Vassallo qal li l-Imtarfa qed titlef dak kollu li jagħmilha komunità fejn l-iskola primarja ingħalqet meta din kienet tilqa’ fiha 90 student. Dan minħabba nuqqas ta’ investiment fl-edukazzjoni bil-konsegwenza li t-tfal tal-Imtarfa qed ikollhom imorru fl-iskola tal-Imsida. Hu qal li l-komunità tal-Imtarfa jistħoqqilhom skola primarja fl-Imtarfa u mhux imorru fl-Imsida minħabba inkonvinjenti li qed ikollhom isforu.

Id-deputat Nazzjonalista kkundanna r-rimi ta’ materjal fil-Wied tal-Imtarfa u sostna li dan il-materjal għadu jagħmel ħsara il-wied. Hu kkundanna l-binja li nbiet fl-Imtarfa; liema binja ma taqbilx mal-kumplament ta-bini l-ieħor. L-imtrafa tilef anki l-Military Parade fejn persuna għamel anki mudell tat-tramm li kien jintuża iżda din llum tinsab abbandunata u mitlqua flok tinsab f’mużew.

Ian Vassallo Hai qal li l-gvern qed jgħid li se jibni ċentru terapewtiku fuq żona ODZ liema art tista’ tintuża għall-komunità fost ground tal-football. Jeħtieġ li fl-Imtarfa jkun hemm spazji ħodor, sostna Ian Vassallo Hagi li qal li l-Imtarfa għandha bżonn ċentu għall-kultrua, skola ġdida biex l-edukazzjoni tingħata fil-lokalità waqt li jsiru l-attivitatjiet ta’ kull sena.