Lokali

Mara bi ġrieħi gravi wara li ttajret minn vettura f’Raħal Ġdid

Żagħżugħa mit-Turkija kellha tittieħed b’urġenza l-Isptar Mater Dei wara li ttajret minn vettura f’Raħal Ġdid.

Il-każ seħħ fis-sebgħa u kwart tat-Tlieta filgħodu fi Triq il-Baċir, meta t-Torka ta’ 27 mill-Pietà intalqtet minn karozza misjuqa minn raġel ta’ 35 sena minn Ħad-Dingli.

Fil-post ġie msejjaħ tim mediku tal-ambulanzi li ħadu lill-vittma l-Isptar Mater Dei sabiex tingħata l-kura meħtieġa.

Aktar tard hija ġiet iċċertifikata li sofriet ġrieħi ta’ natura gravi.