Kurżitajiet Lokali

PROFILI: “Lin-nies ħabbejthom u għalhekk bosta baqgħu jsegwu dak li nagħmel” – Eileen Montesin

Fi PROFILI tal-lejla se nkunu qed niltaqgħu ma’ Eileen Montesin fejn se tkun qed taqsam magħna numru ta’ episodji li għaddiet minnhom bħalha attriċi u kif ukoll bħala producer.

“Għamilt żmien inħabbat il-bibien il-Marsa biex noħroġ għall-politika”

X’kien ġralha f’Londra waqt il-filming? X’kien hemm f’Lourdes meta marret biex tiġbed Becky?

Saqsejniha wkoll kif irnexxielha timxi maż-żminijiet fejn baqgħet attiva fuq il-midja soċjali, bis-segwaċi tagħha baqgħu jsewguha kull fejn marret.

PROFILI bi produzzjoni u preżentazzjoni ta’ James Aaron Ellul, illejla fit-8.30pm fuq NET TV.