Fl-għeluq il-25 anniversarju, id-Drama Group San Sebastjan bil-kollaborazzjoni tal-Parroċċa San Sebastjan u l-Kunsill Lokali Ħal Qormi, ser jtella’ d-Dramm tal-Passjoni bl-isem, ‘L-Akkuża’ fuq kitba ta’ JoAnne Debrincat, taħt id-direzzjoni ta’ Shaun Formosa.
Għalkemm id-dramm ambjentat u jlaqqana’ ma’ karattri fi żmien Sidna Ġesù Kristu, il-ġrajja tlaqqana ma’ diversi personaġġi fittizji, li permezz tal-immaġinazzjoni tal-awtriċi, tippreżentalna diversi esperjenzi u s-sitwazzjonijiet, li s-soċjetà tagħna tgħaddi minnhom ta’ kuljum, għalhekk nistgħu nirreletaw iżjed magħhom.
Dan id-dramm ser ikun qed jittella’ ġewwa t-Teatru taċ-Ċentru Parrokkjali San Sebastjan Ħal Qormi, fit-3, l-4 u l-5 ta’ April, fit-8:15 ta’ filgħaxija.
//= $special ?>