Il-Pageant Group Marija Reġina Marsa ser jtellha Pageant, bl-isem ‘Ħtija Tiegħu?’ fit-toroq tal-Marsa nhar il-Ħadd 2 t’ April. Hu jibda fil-5pm bi ħruġ mill-Knisja Parrokkjali ta’ Marija Reġina fit-Triq Nerik Sacco l-Marsa, min parata tas-suldati Rumani segwita bil-kundanna għal mewt ta’ Ġesu Kristu.
Matul dan l-Pageant ser ikun hemm għadd ta’ personaġġi mit-testment l-ġid u l-antik li bil-vestwarju tagħhom ser isebħu t-toroq Marsin u jidħluaktar fl-atmosfera tal-Gimgħa Mqaddsa. Apparti dan ser ikun hemm ukoll ġrajjiet mill-ħajja ta’ Kristu tul t-toroq Marsin u inkluż x’ wasal biex Ġesu gie ikkundanat għal mewt. Fit-tmien ta’ dan il-Pageant, l-Group ser jkun qed jtellha rapprezentazzjoni tat-Tisliba li tinkludi l-mewt u l-qawmien ta’ Kristu.
Ma’ dan il-Pageant ser jieħdu seħem ukoll l-1st Marsa Scouts Group, l-Banda Rumana kif ukoll iż-żewġ baned Marsin dik ta’ Marija Reġina kif ukoll tat-Trinita Qaddisa.

Apparti l-Pageant, l-Group ser itella Wirja Artistika mit-30 ta’ Marzu sa’ Sibt il-Għid . Din il-Wirja tikkonsisti f’xogħol bil-melħ ikkulurit fuq platti u nkwatri fejn juru simboli u pitturi relatati mal-Gimgħa Mqaddsa.
Din il-Wirja tista tigi apprezata fis-Sala ta’ quddiem l-Knisja Parrokkjali ta’ Marija Reġina ġewwa Triq Nerik Sacco l-Marsa.
