Sport Sport Ieħor

Snooker: IZIBET b’appoġġ lejn il-Kampjonat Ewropew li qed isir f’Malta

Il-kumpanija IZIBET hija l-isponsor uffiċjali tal-Kampjonat Ewropew tas-Snooker 2023 li qed isir f’Malta flimkien mal-Malta Billiards and Snooker Association.

Dawn il-kampjonati, li għandhom għaddejin sat 18 ta’ dan ix-xahar, qed jintlagħabu fil-lukanda Dolmen f’San Pawl il-Baħar u qed jospitaw ‘il fuq minn 200 parteċipant minn madwar l-Ewropa.

Iċ-Chief Commercial Officer ta’ IZI Group PLC Franco De Gabriele qal li l-kumpanija hija mpenjata li tippromwovi avvenimenti sportivi fil-livelli kollha hekk kif dawn huma l-valuri ewlenin ta’ IZIBET. De Gabriele kompla jgħid li l-isport iġib lin-nies flimkien u jrawwem sens ta’ komunità. Huwa temm jgħid li l-kumpanija tinsab kburija li tappoġja lill-Malta Billiards and Snooker Association fl-isforzi tagħa biex tippromwovi s-Snooker f’Malta.

Il-kategoriji ta’ dan il-kampjonat se jkunu dawk ta’ Taħt is-16, it-18 u l-21-il sena kif ukoll il-kategorija tal-Irġiel. Ir-rebbieħ ta’ taħt il-21 sena u tal-Irġiel se jkunu nominati għal Main Tour Ticket sabiex jattendu ċ-ċirkwit professjonali fiż-żewġ staġuni li ġejjin.