Futbol Sport

Bayern Munich u Milan jeliminaw lil PSG u Tottenham rispettivament

(Ritratt: EPA)

Bayern Munich għamluha għal kwarti finali tal-UEFA Champions League meta fl-Allianz Arena huma għelbu lil PSG bl-iskor ta’ 1-0, bi skor aggregate ta’ 2-0. Fil-51 minuta Bayern Munich ħasbu li marru fil-vantaġġ meta minn cross ta’ Jamal Musiala kien Eric Choupo Moting li bir-ras xeħet fix-xibka, b’Thomas Muller li kien f’pożizzjoni ta’ offside, deher itellef lil goalkeeper, bil-gowl ma jkunx konvalidat mil-VAR.

Madanakollu it-tim Ġermaniż mar fil-vantaġġ meta Leon Goretska għadda lejn Eric Choupo Moting, li minn pożizzjoni faċli tefa’ wara Donnarumma għal 1-0. Fid-90 minuta Bayern Munich għalqu l-partita meta Joao Cancelo għadda lejn Serge Gnabry li xeħet fix-xibka għal 2-0.

Fil-partita l-oħra Milan ukoll ikkwalifikaw għal kwarti finali meta temmew fi draw ta’ 0-0 fit-Tottenham Stadium, wara li f’SanSiro huma rebħu l-ewwel leg bl-iskor ta’ 1-0.

UEFA Champions League

Ilbieraħ: Benfica v C.Brugge 5-1, Chelsea v Dortmund 2-1
Illum: Bayern M. v PSG 2-0, Tottenham v Milan 0-0