Aktar minn għaxar snin wara li ħa t-tmexxija ta’ Atletico Madrid, Diego Simeone kiser rekord wara l-ieħor. Wara d-draw ta’ 1-1 ta’ Madrid fid-Derby kontra Real Madrid fis-Santiago Bernabéu, El Cholo sar l-aktar kowċ b’ammont ta’ partiti mal-istess klabb f’La Liga,b’425 partita fuq il-bank ta’ Los Rojiblancos, rekord ta’ kull żmien fl-istorja tal-kompetizzjoni fejn qabeż lill-eks kowċ ta’ Real Madrid Miguel Muñoz li mexxa lill-Madrileni għal 424 logħba.
Barra minn hekk ġimgħa wara, f’rebħa ta’ 6-1 kontra Seville Simeone sar l-aktar kowċ li mexxa partiti ta’ Atletico Madrid, 613-il partita fejn hawn qabeż lill-mibki Luis Aragones.
Minn meta rritorna mal-klabb bħala kowċ f’Diċembru 2011, Simeone mexxa lil Los Rojiblancos għal żewġ titli La Liga fl-2013/14 u fl-2020/21, kif ukoll Copa del Rey fl-2012/13, darbtejn il-UEFA Europa League fl-2011/12 u fl-2017/18 u żewġ UEFA Super Cup fl-2011/12u fl-2017/18.
//= $special ?>