Familja Awstraljana qed tallega li n-negliġenza tat-tobba f’Malta wasslet biex binhom jitlef riġleh.
Il-familja Seguna ressqet ilment mal-Isptar Mater Dei fejn sostniet li t-tobba Maltin għamlu ħsara fl-arterja tat-tarbija tagħhom waqt li kienu qed jikkuraw lit-tifel għal infezzjoni fis-sider, bil-Gvern se jkollu jwettaq investigazzjoni interna biex jara x’wassal biex il-famija Seguna spiċċat kellha tagħmel dan l-ilment formali.
Is-sena li għaddiet, din il-familja kienet f’Malta fuq btalameta t-tfajjel – Zayn Seguna – li dak iż-żmien kellu biss seba’ xhur, iddaħħal l-isptar minħabba infezzjoni f’sidru.
F’kummenti lis-sit 7NEWS, omm it-tifel qalet li t-tobba f’Malta naqsu milli jirrealizzaw li t-tifel tagħhom kellu bżonn kura medika urġenti mhux f’Malta hekk kif dan kien jeħtieġlu li jsirlu kien intervent fl-arterja ta’ riġlejh.
Hija qalet li meta imbgħad marru fir-Renju Unit, it-tobba qalulha li din l-materja kellha tkun ikkurata f’temp ta’ ftit sigħat, u suppost ma kelliex tieħu numru ta’ jiem.
L-omm spjegat kif huma ndunaw li kien hemm xi ħaġa oħra ħażina hekk kif siequ u riġlejh saru pallidi u kesħin. Hija qalet li dan ġie kkawżat minn restrizzjoni fl-influss tad-demm u ħsara estensiva fil-muskoli. Meta marru fir-Renju Unit ħasbu li s-sitwazzjoni se tittejjeb, iżda minflok kellu jsir intervent biex jitneħħa riġel it-tfajjel.
Meta rritornaw f’pajjiżhom il-familja fittxet aktar kura fl-isptarijiet ta’ Melbourne fl-Awstralja wara li t-tfajjel mill-ġdid kellu problemi f’sidru.
Issa, dan il-każ qed jiġi investigat minn Mater Dei.
//= $special ?>