Lokali Parlament

Għandu jkun assigurat li ma jittieħdux żbalji fil-konfront tat-tfal vulnerabbli

Claudette Buttigieg, PN


Id-deputat Nazzjonalista Claudette Buttigieg sostniet fil-parlament li għandu jkun assigurat li ma jittieħdux żbalji fil-konfornt tat-tfal vulnerabbli.

Claudette Buttigieg qalet li saret bidla radikali u bżonnjuża biex il-liġi tinfatam minn mal-ministru u sostniet li llum il-piż qed jaqa’ iktar fuq il-qorti. Hi qalet li kien hemm għaqdiet oħr ali kellhom ikunu konsultati dwar dan is-settur fosthom il-foster carers.

Id-deputat Nazzjonalista staqsiet ma min saret konsultazzjoni biex saru l-emendi u staqsiet jekk ir-responsabbiltajiet tad-Direttur tal-Protezzjoni tat-Tfal hux se jittieħdu mill-Bord tar-Reviżjoni għall-Ħarsien ta-Minuri.

Hi pproponiet li d-Direttur għall-Kura Alternattiva u d-Direttur tal-Protezzjoni tat-Tfal ma jkollhomx rabtiet politiċi u sosniet li qed jittieħdu deċiżjonijiet li jeffettwaw lit-tfal. Għalhekk jeħtieġ li jkun hemm iċ-ċertezza li ma jkunx hemm il-perċezzjoni ta’ din ir-rabta. 24 siegħa ilu ttella’ ritratt propju ta’ wieħed minn dawn id-dietturi ma’ ministru. Direttur f’waħda mill-pożizzjoni kien saħansitra qed jakkumpanja ministru fil-kampanja elettorali u ndirizzat ukoll attività politika.

Dan ma jfissirx li kien hem nuqqas iżda dawn m’għandhomx ikunu aċettati għaliex m’għandux ikun hemm dubju fuq id-deċiżjonijiet li jittieħdu. Din ir-rabta tista’ b’mod ċar tinfluwenza deċiżjoni.

Id-deputat Nazzjonalista qalet li proposta fil-liġi hi li d-Direttur Kura Alternattiva tista tiddelega persuna oħra għal xogħlha. Lil min se tiddelega din il-persuna u fuq liema kriterju se tingħażel persuna oħra?

Id-deputat Nazzjonalista kompliet li din hi liġi li trid tiggarantixxi spazju sigur għat-tfal u għalhekk m’għandux ikun hemm dubji. Hi semmiet l-SFWS u qalet li hu fatt li hemm rabta qawwija mal-PL; dan jinfluwenza ħafna għaliex il-persuni involuti għandhom rabta kbira mal-partit fil-gvern.

Hemm social workers li telqu minn dn is-settur propju inħabba din is-sitwazzjoni. Raġuni oħra għaliex is-social workers jitilqu hi l-impenn li dawn kuljum jitrattaw il-problemi tan-nies u dan joħloq pressjonijiet kbar.

Claudette Buttigieg sostniet li hemm sitwazzjonijiet li fihom irid ikun garanzija li m’hemmx influwenza biex persuni jieħdu d-deċiżjonijiet fl-aħjar interess tat-tfal; X’qed isir biex titneħħa l-inimpattibiltà bejn social workers u l-SFWS?

Id-deputat Nazzjonalista trattat il-Bord ta’ Reviżjoni u qalet li dn il-brod għdu jiltaqa’ online u staqsiet għaliex qed jibqa’ jiltaqa’ online. Jekk tfal iridu jgħidu xi ħaġa lill-bord u jridu jgħidu xi ħaġa lill-bord, jista jkun li jkunu mhedda min-naħa l-oħra tal-computer. Għaliex foster carers qed iħossu l-bżonn li jieħdu avukat magħhom gal dawn il-laqgħat?

Fl-2015 kienet saret inkejsta mill-Imħallef Michael Mallia li minnha rriżulta li l-prinċipju kardinali biex jitmexxew servizzi bħall-Bord ta’ Reviżjoni hu dejjem l-interess tat-tfal u jsħid li dan l-interess għandu jiġi qabel dak tal-foster carers u tal-ġenituri bioloġiċi. Hu jgħid ukoll li kien hemm sentenza Kostiuzzjonali fl-2013 li tgħid li żball kontra t-tfal jista’ jkun fatali.

L-Imħallef Mallia jikkonkludi wkoll lima jaqbilx maċ-Chairperson Carmen Fearne meta qalet li l-bord jagħmel minn kollox biex tfal jitressqu lejn il-ġenituri u jipprovaw jeħduhom fid-dar naturali tagħhom. Hu jgġħid li mhux kompitu tal-bord peress li dan jista’ jkunx fl-aħjar interess ġenwin tal-ulied. L-inkjesta ma sabitx indħil politiku imma l-Imħallef Mallia sab li l-bord żbalja għax ma żammx l-interess tat-tfal bħala prijorità.

Il-gvern għandu jiggarantixxi li nies li kienu fil-Bord f’dan iż-żmien ma reġgħux inħatru f-istess bord jew f’karigi oħra fejn jidħlu t-tfal vulnerabbli. Dan għax l-Imħallef kien sab nuqqasijiet serji.