Lokali Parlament

Għandu jkun assigurat li t-tfal ikunu protetti u ma jbatux

Graziella Galea, PN

Id-deputat Nazzjonalista Graziella Galea qalet fil-parlament li għandu jkun assigurat li t-tfal ikunu protetti u ma jbatux.

Graziella Galea qalet li t-tfal huma l-futur tal-pajjiż u sostniet li s-soċjetà tal-lum hi soċjetà kumplessa. Hi tkellmet dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri u qalet li jkun hemm ċirkostanzi li fihom il-ġenituri jieħdu ħsieb it-tfal tagħhom. Għandu jkun assigurat li t-tfal ma jbatux u jkunu protetti.

Jeħtieġ li l-professjonisti li jaħdmu mat-tfal ikollhom l-istandards neċessarju u kordinazzjoni bejn gruppi ta’ professjonisti. It-tfal għandhom dritt li jkollhom ġenituri li jtuhom appoġġ meħtieġ.

Mhux it-tfal kollha għandhom dik il-familja tradizzjonali għaliex illum hemm realitajiet differenti u ġodda. L-ulied għandhom dritt ta’ kuntatt mal-ġenituri, sostniet id-deputat Nazzjonalista, li appellat għall-kordinazzjoni biex it-tfal jibqgħu prijorità.

Hi semmiet il-qtil ta’ ommijiet f’diversi każi u sostniet li dawn huma trawni għall-familji u għall-ulied. L-ommijiet għandhom ikunu protetti f’dawn iċ-ċirkostanzi. L-iskejjel ukoll għandhom jagħtu l-appoġġ meħtieġ lit-tfal b’diffikultajiet.