Eve Borb Bonello, PN
Id-deputat Nazzjonalista Eve Borg Bonello qalet fl-Aġġornament tal-parlament li d-deputati Laburisti għandhom iqumu u jitkellmu kontra l-korruzzjoni.
Eve Borg Bonello qalet li l-ex ministru Laburista Evarist Bartolo qal li kulħadd għandu x’jitgħallem mill-każ tal-isptarijiet u sostniet li l-gvern irid jammetti x’kienet il-problema. Il-qorti qalet li l-akbar problema kienet frodi sa minn qabel beda l-kuntratt.
Id-deputat Nazzjonalista sostniet li l-iskandlu tal-isptarijiet kien l-akbar skandlu li qatt ra pajjiż u li se sewa €390 miljun; €20,000 fuq kull ċittadin Malti u Għawdxi. B’dawn il-flus kienu jitjiebu l-kundizzjonijiet tal-infermiera u jinbena sptar ġdid waqt li jsiru inizjattivi ambjentali, fl-akkomodazzjoni u fit-traffiku.
Il-Gvern ta’ Robert Abela issa qed jgħid li se jibni sptar ġdid f’Gaħwdex iżda mhux jgħid kemm se jiswa dan l-isptar. Joseph Muscat u l-klikka tiegħu huma ħallelin u daħħlu lil Malta f’kuntratti frawdalenti. Id-deputai kollha Laburisti kollha huma kompliċi għax iddefendew u vvutaw favur dawn il-kuntratti.
Għalhekk id-deputati Laburista għandhom jkkundannaw lil dawk kollha involuti f’dawn il-kuntratti, qabel ikun tard wisq.
Id-deputat Nazzjonalista qalet li l-poplu għandu dritt ikun jaf il-verità u sostniet li dan kollu wassal għall-qtil ta’ ġurnalista. Hi appellat lid-deputati Laburisti biex iqumu jitkellmu b’lealtà lejn pajjiżhom.
//= $special ?>