Il-Partit Nazzjonalista kompla bil-ħidma ta’ djalogu ma’ bosta korpi kostitwiti u unions. Filfatt il-Kelliem għall-Finanzi Jerome Caruana Cilia, flimkien mad-Deputat Nazzjonalista u President għad-Djalogu Soċjali Chris Said u William Vella mill-Forum Professjonisti tal-Partit Nazzjonalista (FPPN) iltaqgħu mal-union tal-impjegati tal-banek (MUBE).
Matul din il-laqgħa ġew diskussi diversi temi fosthom il-proċessi ta’ diġitalizzazzjoni fil-banek lokali u l-impatt fuq il-ħaddiema li jaħdmu f’banek lokali. Ġie diskuss ukoll il-greylisting u l-ħidma favur il-governanza t-tajba.
Matul din il-laqgħa ġie diskuss ukoll l-użu tal-intelliġenza artifiċjali u kif din it-teknoloġija se tkun qed taffetwa lil bosta inkluż banek fiż-żmien li ġej.
Il-Partit Nazzjonalista se ikompli jkun qrib l-għaqdiet, l-imsieħba soċjali u r-rappreżentanti tal-ħaddiema u ta’ min iħaddem u se jkompli bi proċess ta’ djalogu ġenwin u jisma’ lill-istakeholders kollha.
//= $special ?>