Claudette Buttigieg, PN
Id-deputat Nazzjonalista Claudette Buttigieg appellat lill-gvern biex jippubblika inkjesta kollha dwar il-qtil ta’ Bernice Cassar.
Fl-Aġġornament tal-parlament Claudette Buttigieg qalet li Jum il-mara hu Jum ta’ Tifkira iżda mhux jum ta’ ċelebrazzjoni. Hi sostniet li l-Woman’s Lobby ppreżentaw 30 proposta ill-Gvern iżda l-Gvern wettaq biss tlieta minnhom.
Huma jsemmu nuqqas ta’ maġistrati quddiem il-vjolenza domestika, nuqqas ta’ fondi fis-settru soċjali, il-bżonn ta’ iktar ħaddiema soċjali u nuqqas ta’ assigurazzjoni li jinħarġu ordnijiet ta’ protezzjoni temporanja.
Hi semmiet l-inkjesta dwar il-qtil ta’ Bernice Cassar u sostniet li l-inkjesta sabet lill-Istat ħati ta’ nuqqasijiet serji ħafna fil-konfront ta’ din il-mara. Il-gvern għandu jippubblika l-inkjesta kollha, sostniet Claudette Buttigieg, li kompliet li l-inkjesti jgħallmu ħafna lis-soċjetà.
Il-gvern għandu jaqbad parti mit-€390 miljun li marru għand Steward fi frodi u jmorru għas-settur soċjali, il-flus jinsabu hemm iżda m’hemmx ir-rieda.
Claudette Buttigieg tkellmet dwar il-prostituzzjoni u qalet minkejja li għadda ż-żmien il-messaġġ tal-gvern mhux favur il-mara li tkun vittma iżda dan hu gvern favur il-pimp u favur l-irġiel li jisfruttaw lin-nisa li huma vittmi anki ta’ traffikar tal-persuna. Il-gvern m’għandux ir-rieda li jindirizza din il-problema kif suppost. L-aktar pajjiżi progressivi bħall-pajjiżi Nordiċi, Iżrael u l-Kanada qed jużaw il-mudell li n-nisa jingħataw iktar poteri lin-nisa li jitolbu l-għajnuna meta n-nisa jkunu fil-periklu.
//= $special ?>