Lokali

Il-Kap tal-PN ippreżentat kopja tal-ktieb ‘Il-Kelma ta’ Eddie Fenech Adami”

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech kien ippreżentat b’kopja tal-ktieb ‘Il-Kelma ta’ Eddie Fenech Adami’ mill-awtur u ġurnalist James Aaron Ellul – ktieb li jittratta l-politika ta’ Eddie Fenech Adami tramite l-kelma tiegħu.

James Aaron Ellul spjega lill-Kap tal-PN kif dan il-ktieb janalizza d-diskorsi politiċi ta’ dan il-politiku kbir li ħalla impatt fuq is-soċjeta Maltija. Stqarr li l-imħabba tiegħu lejn il-lingwa Maltija u lejn il-kelma li dejjem uza Eddie Fenech Adami, waslitu biex tinbet imħabba ma’ dan l-oratur u l-kelma li kien juża.

Min-naħta tiegħu l-Kap tal-PN Bernard Grech irringrazzja lill-awtur talli permezz ta’ dan il-ktieb, għen lin-nies jifhmu aktar d-diskorsi li kien jagħmel l-eks Prim Ministru ta’ pajjiżna; diskorsi li bdew minn corner meetings fil-lokalitajiet u baqgħu għaddejin sa avvenimenti kbar li ġibdu l-eluf.

Bernard Grech qal li l-ktieb ‘Il-kelma ta’ Eddie Fenech Adami’ huwa l-ewwel ktieb tax-xorti tiegħu li analizza l-għodda li kien juża Eddie Fenech Adami biex iwassal il-messaġġ tiegħu… ktieb li huwa ċelebrazzjoni ta’ kliem li bidlu l-kors tal-istorja politika ta’ pajjiżna.