Lokali Parlament

Il-PN jinsisti li l-Gvern jibda proċeduri biex il-poplu jieħu l-flus misruqa fil-korruzzjoni tal-isptarijiet

Permezz ta’ mozzjoni fil-parlament, l-Oppożizzjoni qed tinsisti li l-Gvern jibda proċeduri biex il-poplu jieħu l-flus misruqa fil-korruzzjoni tal-isptarijiet.

Din il-mozzjoni tressqet fil-parlament mill-Oppożizzjoni fis-seuta tal-lum fejn kien deċiż li tkun diskussa nhar il-Ħamis 16 ta’ Marzu 2023.

Dan kien konfermat fil-parlament wara intervent tal-Whip tal-Oppożizzjoni Robert Cutajar u konfermat mill-Whip tal-Gvern Andy Ellul.

Il-mozzjoni tressqet mill-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech u d-deputat Nazzjonalista Adrian Delia li f’isimhom u f’isem il-Grupp Parlamentari tal-Oppozizzjoni rriferew għas-sentenza tal-qorti tal-Ġimgha 24 ta’ Frar 2023 li fiha ddikjarat il-kuntratti tal-isptarijiet bħala nulli. Il-Qorti ddikjarat li Steward Malta kissru l-obbligi kuntrattwali tagħhom.

Il-Qorti ddikjarat ukoll 1-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tal-Artijiet, li assuma 1-funzjonijiet li qabel kien jassumi 1-Kummissarju tal-Artijiet, u ċ-Chairman tal-Bord tal-Gvernaturi tal-Awtorità tal­ Artijiet kif ukoll l-Avukat Ġenerali, huma f’obbligu, li jipproteġu l-proprjetà pubblika u biex jieħdu 1-passi neċessarji biex jassiguraw li l-kundizzjonijiet kollha tal-proprjetà konċessa jiġu mwettqa u mhux mibdula fit-termini ta1-istess kuntratti u tar-riżoluzzjoni tal-parlament.

Il-Qorti iddikjarat ukoll li hija tassew imħassba kif persuni responsabbli mil1-Awtoritajiet Governattivi setgħu qatt xjentement jidħlu għal tali obbligi u trid temmen li dan l-obbligu ġie minnhom assunt, possibbilment riżultat ta’ inġenwità, jekk mhux pressjoni, biex il-proġett originali jibqa’ vijabbli, iżda ċertament temmen li fl-isfond tal-aġir frawdalenti u possibbilment kriminali, kemm ta’ Steward, kif ukoll ta’ Vitals, kif oriġinalment komposta u 1-investituri tagħha.

Il-PN qal li 1-għoti tal-Isptar San Luqa, 1-Isptar Karin Grech u 1-lsptar Ġenerali ta’ Għawdex lil Vitals Global Healthcare Assets Limited kien ġie żvelat mill-ġurnalista Daphne Caruana Galizia nhar 1-20 ta’· Marzu 2015 u li 1-Gvern diġà ddikjara li mhux se jappella mill-imsemmija sentenza u għalhekk aċċetta d-deciżjoni tal-Qorti mingħajr ebda riżervi.

Il-mozzjoni tkompli li mis-sena 2016 sas-sena 2023, il-Gvern ħallas jew ikkommetta ruħu li jħallas €400 miljun lil Steward u lil Vitals Global Healthcare. Il-Prim’Awla tal-Qorti Civili ddeskriviet dan il-ħlas bħala rikatt u arrikkiment indebitu a spejjeż taċ-ċittadin.

Għalhekk, intqal fil-mozzjoni il-parlment għandu jikkundanna l-għoti tal-Isptar San Luqa, tal-lsptar Karin Grech u tal-lsptar Ġenerali ta’ Għawdex lil Steward Malta u lil Vitals Global Healthcare Assets Limited u tesiġi li l-Prim Ministru għandu minnufih jieħu dawk 1-azzjonijiet kollha meħtieġa, inkluż li jibda proċeduri legali, biex il-Gvern jirkupra kwalunkwe ammont li tħallas lil Steward Malta Assets Limited u lil Vitals Global Healthcare Assets minn fuq iċ-ċittadini Maltin u Għawdxin.