Iċ-Chairperson tal-ADPD Carmel Cacopardo kiteb lill-Awtorità tax-Xandir fejn talabha biex mingħajr dewmien toħroġ id-direttivi meħtieġa biex ikun assigurat l-imparzjalità li kull servizz tax-xandir f’Malta għandu l-obbligu li jassigura.
Huwa qal dan fl-isfond tal-Kawża Kostituzzjonali dwar ix-xandir deċiża ftit tal-ġranet ilu fejn il-Qorti iddikkjarat li l-imparzjalità hi obbligu tal-mezzi kollha tax-xandir u mhux biss ta’ dawk pubbliċi. F’din l-istqarrija Cacopardo mkien ma għamel referenza għall-fatt li din kienet kawża xprunata mill-Partit Nazzjonalista.
Cacopardo tenna li l-istazzjonijiet politiċi ripetutatement jinjoraw l-attivitajiet ta’ ADPD u li minkejja li ADPD kemm-il darba ressaq l-ilmenti tiegħu dwar dan, baqa’ qatt ma’ sar xejn mill-Awtorità tax-Xandir.
//= $special ?>