“F’ġurnata speċjali bħal din għandna niftakru fl-isfidi kollha li jgħelbu n-nisa matul ħajjithom kif ukoll naprezzaw id-dedikazzjoni u l-impenn li juru lejn il-familja u l-karriera tagħhom.”
Dan kien il-messaaġġ li waslet il-mara tal-Kap tal-PN AnneMarie Grech waqt attivita’ soċjali li saret fid-Dar Ċentrali mal-impjegati nisa tal-Partit Nazzjonalista kif ukoll ta’ MediaLink Communications.
AnneMarie Grech faħħret l-impenn u l-professjonalità li jaħdmu biha n-nisa u kif kapaċi jegħlbu l-isfidi li l-jiltaqgħu magħhom fid-dinja tal-lum. Hija qalet li f’Jum il-Mara, in-nisa għandhom japrezzaw il-kisbiet tagħhom matul ħajjithom.
Minn naħa tagħha l-Kelliema għall-ugwaljanza Graziella Attard Previ qalet li għalkemm pajjiżna għamel ħafna passi ‘il quddiem fil-konfront tal-mara, il-ħidma trid tkompli. Dan għaliex l-istituzzjonijiet ta’ pajjiżna għadhom ma ħadux biżżejjed azzjonijiet sabiex tkun protetta l-mara.
Preżenti għal din l-attività kien hemm il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech kif ukoll numru ta’ Deputati nisa tal-Partit Nazzjonalista.
